Sunday, November 3, 2024

UNL: L-Italja jirreġistraw l-ewwel rebħa … u l-Ingilterra l-ewwel punt

Aqra wkoll

Meta kompliet tintlagħab it-tieni ġurnata tal-UEFA Nations Lea­gue, l-Italja rreġistraw l-ewwel rebħa filwaqt li l-Ingilterra kisbu l-ewwel punt.

Grupp A: L-Italja ospitaw lill-Ungerija u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Il-goals waslu minn Ni­colo Barella (30) u Lorenzo Pellegrini (45) filwaqt li l-goal tal-Ungeriżi wasal minn auto-goal ta’ Gianluca Mancini (61). 

Fil-partita tal-ġurnata, il-­Ġermanja u l-Ingilterra spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Kien Jonas Hofmann (50)  li fetaħ l-iskor għall-Ġermanja iżda Harry Kane (88 pen) kiseb id-draw għall-Ingliżi.

Grupp B: Il-Finlandja ospitaw lill-Montenegro u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fl-ewwel taqsima minn doppjetta’ Joel Pohjanpalo (31, 38). 

Grupp C: Barra minn darhom, it-Turkija kisbu rebħa tajba ta’ 6-0 fuq il-Litwanja, bil-goals jaslu minn doppjetta ta’ Dogukan Sinik (2, 14) u oħra ta’ Serdar Dursun (56 pen, 81), Yunus Akgun (89) u Halil Dervisoglu (92).

Il-Lussemburgu marru Faroe Islands u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Gersom Rodrigues (74 pen). Il-Faroes kellhom lil Rene Joensen (67) imkeċċi. 

Sport