Sunday, November 24, 2024

UNL: L-Italja u l-Ingilterra umiljati

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-aħħar programm tar-raba’ ġurnata tal-UEFA Nations League, l-Italja u l-Ingilterra ġew umiljati  mill-Ġermanja u l-Ungerija rispettivament. 

Grupp A: Il-Ġermanja ospitaw lill-Italja u rebħulhom bl-iskor ta’ 5-2. Kif jindika r-riżultat, it-Taljani ma kellhom l-ebda risposta għall-qawwa tal-Ġermaniżi li għalihom skorjaw Joshua Kimmich (10), Ilkay Gundogan (45 pen), Tho­mas Muller (51) u doppjetta ta’ Timo Werner (68, 69) filwaqt li Degnand Gnonto (78)  u Alessandro Bastoni (94) wieġbu għat-Taljani. 

L-Ingilterra laqgħu lill-Ungerija u sfaw megħluba bl-iskor kbir ta’ 4-0 biex filwaqt li l-Ungeriżi jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp A3 b’seba’ punti, l-Ingliżi jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika b’żewġ punti biss. 

Il-goals waslu minn doppjetta  ta’ Roland Sallai (16), Zsolt Nagy (80) u Daniel Gazdag (89). John Stones (82) tkeċċa għall-Inglizi. 

Minn Grupp A4, L-Olanda għelbu lil Wales 3-2 b’goals minn Noa Lang (17), Cody Gak­po (23) u Memphis Depay (93) filwaqt li Brennan Johnson (26) u Gareth Bale (91 pen) wieġbu għal Wales. . 

Il-Belġju marru l-Polonja u rebħu 1-0 bil-goal importanti jasal minn Michy Bat­shuayi (16). 

Sport