Friday, March 27, 2026

UNL Play-off: Il-Maltin megħluba b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

MALTA ………..…….0

LUSSEMBURGU …..2

Minn Cristian Muscat

Kien hemm aspettattiva kbira għall-partita kruċjali mill-fazi tal-play-off għal League C bejn Malta u l-Lussemburgu iżda sfortunatment għalina, wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed mit-team nazzjonali tagħna hekk kif safa megħlub bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu proprju fil-bidu u fit-tmiem tat-tieni taqsima. 

B’din it-telfa, issa ċ-ċansijiet tal-Maltin li jiksbu l-promozzjoni huma remoti ħafna hekk kif nhar it-Tlieta li ġej iridu jilagħbu fi Stade de Luxembourg.

Fil-veritá, ir-riżultat kien xi ftit kattiv minħabba li l-konfront kien wieħed bilanċjat bid-differenza li l- Maltin fallew bosta okkażjonijiet ta’ skor.

Kien biss fis-26 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bil-Lussemburgu jku­­nu huma li joħolqu l-periklu meta Vincent Thill spara xutt angolat mill-viċin li spiċċa ftit barra.

Malta wieġbet tliet minuti biss wara meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, l-captain Matthew Guillaumier kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Anthony Moris.

Fis-36 minuta, il-coach tat-team nazzjonali Malti, Emi­lio De Leo, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ il-midfielder, Teddy Teuma, biex minfloku daħal jilgħab Jake Grech.

Il-Maltin resqu qrib li jiftħu l-iskor fil-45 minuta meta l-istess Grech għadda tajjeb lejn Irvin Cardona, li kellu x-xutt mill-viċin jintemm ftit barra.

Huma komplew jippressaw u ftit sekondi biss wara Ilyas Chouaref xeħet cross għan-nofs li ħabat ma’ Jans Laurent b’karambola mal- lasta l-wieqfa, bl-avversarji jeħilsuha ħafif.

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Paul Mbong tilef op­portunità tad-deheb meta rċieva pass perfett mingħand Chouaref mix-xellug iżda tefa’ barra.

Madankollu minuta biss wara, il-Lussemburgu marru fil-vantaġġ meta Florian Boh­nert għadda cross mix- xellug u VINCENT THILL mill-viċin għeleb għal kollox lill-goalkeeper Henry Bonello.

Malta wieġbet fit-52 minuta meta Irvin Cardona avvanza fuq il-lemin qabel ma ttestja lil Moris b’xutt angolat, u żewġ minuti biss wara, xutt ta’ Chouaref mid-distanza ġie mblukkat mill-goalkeeper, Anthony Moris.

Fid-90 minuta, il-Maltin fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw  meta Irvin Cardona serva fuq platt tal-fidda lil Trent Buhagiar iżda dan kellu t-tentattiv mill-viċin jis­piċċa ftit barra.

Għal dan iċ-ċans mitluf, pattenja qares minħabba li fit-93 minuta, il-Lussemburgu ssiġillaw ir-rebħa meta l-corner ta’ MATHIAS OLE­SEN qarraq b’kulħadd bil- ballun jibqa’ sejjer dritt għal ġox-xibka … li ħalla togħma morra fost il-players u l-partitarji Maltin li attendew bi ħġarhom.

MALTA: Henry Bonello, Ryan Camenzuli, Kurt Shaw, Matthew Guillaumier (Andrea Zammit 87), Paul Mbong (Brandon Paiber 87), Teddy Teuma (Jake Grech 37), Irvin Cardona, Enrico Pepe, Ilyas Chouaref, Zach Muscat (Juan Corbalan 78), Alexander Satariano (Trent Buhagiar 78)  – Coach: Emilo De Leo

LUSSEMBURGU: Anthony Moris (Tiago Pereira 69), Seid Korac, Florian Bohnert, Christopher Martins (Tomas Moreira 87), Aiman Dardari (Jayson Videira 69), Danel Sinani, Dirk Carlson, Vincent Thill (Sebastien Thill 68), Leandro Barreiro, Laurent Jans, Mathias Olesen    – Coach: Jeff Strasser

referee: Irlan Peljto (Bosnja-Herzegovina)

ASS. refereeS: Senad Ib­rismbegovic, Davor Beljo (Bosnja-Herzegovina)

RABA’ UFF: Milos Gigovic (Bosnja-Herzegovina)

SKORERS:  V. Thill 57, M. Olesen 93 (L)

AMMONITI:  A. Satariano, E. Pepe (M)

Attendenza:  9,467

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport