Saturday, December 21, 2024

UNL: Rebħa kbira mill-Olanda … Franza u l-Kroazja megħluba f’darhom

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ewwel ġurnata tal-UEFA Nations League, l-Olanda kisbu l-aqwa riżultat meta barra minn darhom għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 4-1 biex din tista’ titqies bħala umiljazzjoni għal dak it-team li fl-aħħar sentejn kien qed jokkupa l-ogħla post fir-rankings tal-FIFA.

Grupp A: L-Olanda kel­lhom bidu mill-aktar pożittiv f’din il-kompetizzjoni meta marru l-Belġju u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1. 

Il-protagonisti kienu Steven Bergwijn (40), Memphis Depay (51, 66) u Denzel Dum­fries (62). Michy Batshuayi (93) wieġeb għal Belġju. 

L-Awstrija wkoll irre­ġistraw rebħa tajba barra minn darhom meta għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Marko Arnautovic (41), Michael Gre­­goritsch (54), Marcel Sabitzer (57). 

Franza laqgħu lid-Dani­marka u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals tal-Iskandinavi jaslu minn Andreas Cornelius (68, 89)  wara li Karim Benzema (51) fetaħ l-iskor għall-Franċiżi. 

Grupp C: Fid-derby tas- Sovjetiċi, Kazakhstan laq­għu lil Azerbaijan u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0.

Il-goals waslu fit-tieni taq­sima minn doppjetta ta’ Abat Aimbetov (50, 57). 

Is-Slovakkja marru l-Belarus u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Tomas Suslov (61). 

Grupp D: Latvja ma tantx sabuha diffiċli biex għelbu lil Andorra bl-iskor ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Robets Uldrikis (9, 77) u Janis Ikaunieks (85 pen). 

Liechtenstein ospitaw lil Moldova u f’partita bilanċjata dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, bil-goal jaslu  minn penalty ta’ Ion Nicolaescu (5) u Vadim Bolohan (92). 

Ekonomija

Sport