Sunday, November 10, 2024

UNL: Ronaldo jispira lill-Portugall għal rebħa kbira … Spanja miżmuma

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab it-tieni ġurnata tal- UEFA Nations League spikkat ir-rebħa tal-Portugall bl-is­kor ta’ 4-0 fuq l-Isvizzera. Min-naħa ta’ Spanja dawn kisbu t-tieni draw konsekuttiv meta din id-darba sfaw miżuma mir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 2-2.

Grupp A: Ispirati minn Cristiano Ronaldo, il-Portugall irreġistraw rebħa ta’ 4-0 f’darhom  kontra l-Isvizzera. 

Il-goals waslu minn William Carvalho (15), minn doppjetta ta’ Ronaldo (35, 39) u Joao Cancelo (68).

Ir-Repubblika Ċeka u Spanja spiċċaw 2-2. Jakub Pesek (4) u Jan Kuchta (67) skorjaw għaċ-Ċeki filwaqt li Gavi (45) u Inigo Martinez (92) wieġbu għall-Ispanjoli.

Grupp B: Is-Serbja kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lis-Slovenja bl-iskor ta’ 4-1, b’goals minn Aleksandar Mitrovic (24), Sergej Milinkovic-Savic (56), Luka Jovic (85) u Nemanja Radonjic (92) filwaqt li Petar Stojanovic (30) kiseb id-draw momentarju għas-Sloveni.

Fid-derby Skandinavu, barra minn darhom in-Norveġja għelbu lill-Isvezja bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Erling Haaland (20 pen, 69), b’ Anthony Elanga (92) jiskorja għall-Isvediżi.  

Grupp C: Ċipru spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Irlanda ta’ Fuq. 

Il-Maċedonja marru Ġibiltá u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 bl-iskorers iku­nu Enis Bardi (21) u Boban Nikolov (84). 

Barra minn darhom, Geor­gia għelbu lill-Bulgarija ta’ 5-2.

Il-goals tagħhom waslu minn Zuriko Davitashvili (4), Andrea Hristov (31 og), Budu Zivzivadze (52), Khvicha Kvaratskhelia (58) u Valeri Qazaishvili (70) filwaqt li Atanas Iliev (50) u Iliyan Stefanov (83) skor­jaw għall-Bulgari.  

Il-Greċja marru l-Kosovo u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn  Anastasios Bakasetas (36). 

Sport