Monday, March 24, 2025

UNL: Spanja fis-semi-finali … l-Olanda fil-grupp ta’ Malta

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Nations League, saru magħrufa s-semi-finalisti li huma l-Ġermanja, il-Portugall, Franza u Spanja. 

Ir-rebħa ta’ Spanja 5-4 bil-penalties wara draw ta’ 3-3 (aggregate 5-5) kienet tfis­ser li issa t-telliefa l-Olanda jilagħbu fil-grupp ta’ Malta, fir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026. 

Il-goals tal-Ispanjoli waslu minn Mikel Oyarzabal (8 pen, 67) u Lamine Yamal (103) filwaqt li Memphis Depay (54 pen), Ian Maatsen (79) u Xavi Simons (108 pen) wieġbu għall-Olanda.  

Franza v Kroazja – Franza għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 2-0 b’goals minn Michael Olise (52) u Ousmane Dembele (80) għal aggregate ta’ 2-2. Wara l-ħin barrani l-iskor baqa’ ma nbidilx u għal­daqstant kellhom jin­għataw il-penalties. 

Eventwalment Franza ħar­ġu rebbieħa 5-4. 

Ġermanja v Italja – Il-Ġermanja u l-Italja spiċċaw fi draw ta’ 3-3 biex il-Ġermaniżi għaddew bl-aggregate ta’ 5-4. 

Il-Ġermanja fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Jo­shua Kimmich (30), Jamal Mu­siala (36) u Tim Klein­dienst (45) iżda l-Italja għamlu rimonta u skorjaw minn Moise Kean (49, 69) u Giacomo Raspadori (91 pen). 

Portugall v Danimarka – Portugall għelbu lid-Danimarka 5-2 (aggregate ta’ 5-3)b’goals minn Joachim Andersen (38 og), Cristiano Ronaldo (72), Francisco Trincao (86, 91) u Goncalo Ramos (115)  filwaqt li Rasmus Kristensen (56) u Christian Eriksen (76). 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport