Saturday, December 21, 2024

UNL: Spanja jirbħu … il-Portugall megħluba

Aqra wkoll

Fir-raba’ ġurnata tal- UEFA Nations League, Spanja u l-Isvizzera rreġistraw rebħa importanti meta għelbu lir-Repubblika Ċe­ka u lil-Portugall rispettiva­ment.  

Grupp A: Spanja kisbet it-tieni rebħa minn erba’ partiti meta għelbet lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 2-0. 

Kien Carlos Soler (24) li fetaħ l-iskor b’xutt fil-baxx biex Pablo Sarabia (75) issiġilla r-rebħa.

Il-Portugall marru l-Isvizzera u ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn Haris Seferovic (2) li kkonkluda bir-ras minn pożizzjoni djagonali mill-cross ta’ Silvan Widmer.

Grupp B: Fid-derby tal- Iskandinavja, in-Nor­veġ­ja laqgħu lill-Isvezja u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. 

Il-protagonista kien is- solitu Erling Haaland (10, 54) li skorja doppjetta bit-tieni goal jasal mill-11-il metru filwaqt li Alexander Sorloth (77) żied it-tielet goal. Għall-Isvediżi wieġbu Emil Forsberg (62) u Viktor Gyokeres (92).

Is-Slovenja u s-Serbja spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Kie­nu Andrija Zivkovic (8) u Aleksandar Mitrovic (35) li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals għas-Serbja iżda Adam Gnezda (48) u Benjamin Sesko (54) kisbu d-draw għas-Sloveni. 

Grupp C: L-Irlanda ta’ Fuq ospitaw lill-Ċipru u spiċċaw fi draw ta’ 2-2. 

Kienu l-viżitaturi li ħadu vantaġġ doppju minn doppjetta ta’ Andronikos Ka­koulis (32, 51) iżda l-Irlandiżi irkupraw minn Paddy McNair (71) u Jonny Evans (92). 

Grupp D: Il-Maċedonja ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lill-Ġibiltá bl-iskor ta’ 4-0 bil-goals kollha jaslu fl-ewwel taqsima minn Enis Bardi (4), Graeme Torilla (14 o.g.), Bojan Miovski (16) u Darko Churlinov (31). Minkejja li fit-tieni taqsima l-Maċedonja komplew jiddo­mi­naw, huma ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja. 

Ekonomija

Sport