Meta ntlagħab l-aħħar programm tar-raba’ ġurnata tal-UEFA Nations League, il-Portugall u Spanja jinsabu ferm viċin li jikkwalikaw għall-kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Skozja v Portugall – Il-Portugall marru l-Iskozja u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals biex b’dan il-punt miksub issa jinsabu viċin li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni.
Polonja v Kroazja – Il-Polonja laqgħu lill-Krozja u temmew fi draw ta’ 3-3.
Għall-Pollakki skorjaw Piotr Zielinski (5), Nicola Zalewski (45) u Sebastian Szymanski (69) filwaqt li Borna Sosa (19), Petar Sucic (24) u Martin Baturina (26) irreċiprokaw għall-Kroati.
Spanja v Serbja – Spanja jinsabu punt biss ‘il bogħod milli jikkwalifikaw għall-kwarti-finali meta ospitaw lis-Serbja u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Aymeric Laporte (5), Alvaro Morata (65) li falla wkoll penalty fil-55 minuta u minn Alex Baena (77). Is-Serbi kellhom lil Strahinja Pavlovic (76) imkeċċi.
Svizzera v Danimarka – F’partita bilanċjata, l-Isvizzera u d-Danimarka spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Remo Freuler (26) u Zeki Amdouni (45 pen) sabu x-xibka għat-team ospitu filwaqt li Gustav Isaksen (27) u Christian Eriksen (69) irrispondew għad-Daniżi.