Malta ………2
Georgia ……1
Minn Cristian Muscat
Permezz ta’ wirja ferm konvinċenti, it-team nazzjonali Malti tan-nisa kiseb double fuq Georgia meta wara r-rebħa stretta ta’ 3-2 nhar il-Ġimgħa li għadda fi Tbilisi, din id-darba reġa’ ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-1 fis-Centenary Stadium.
B’hekk issa l-Maltin għandhom disa’ punti minn erba’ logħbiet fi Grupp C2 tal-UEFA Nations League … żewġ punti fuq Ċipru iżda dawn tal-aħħar lagħbu logħba inqas meta lagħbu lbieraħ stess fit-tard.
Għall-Maltin irritornat fl-azzjoni d-difensur veterana Charlene Zammit, iżda kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Emma Lipman minħabba li kienet sospiża, u minflokha assumiet r-responsabbiltajiet ta’ captain, il-midfielder Rachel Cuschieri.
Kien biss fil-35 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Georgia jkunu huma li joħolqu l-periklu meta kienet Teona Bakradze li venvnet xutt minn barra l-kaxxa li gie salvat tajjeb mill-goalkeeper Janice Xuereb.
Iżda, fid-39 minuta, kienu Malta li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun intemm għand RACHEL CUSCHIERI li ġiet minn imkien u minn tarf il-kaxxa fajret kanunata li għelbet għal kollox lill-goalkeeper, Tatia Gabunia.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Georgia ħasbu li kisbu d-draw minn Natia Daniella iżda l-ferħ tagħhom ġie fi tmiemu fi żmien qasir hekk kif il-goal ma ġiex konvalidat minħabba rregolaritá min-naħa tal-istess player.
Fid-59 minuta, il-Maltin irdoppjaw meta Haley Bugeja ġiet imwaqqa’ fil-kaxxa minn Lizi Mtskerashvili … u mill-11-il metru l-istess player b’xutt b’saħħtu ma żbaljatx.
Fid-69 minuta il-Maltin kienu għoddhom skorjaw it-tielet goal meta Cuschieri kellha t-tentattiv tagħha mill-viċin salvat parzjalment minn Gabunia u wara taħwida fil-kaxxa, il-ballun intemm għand Shona Zammit li permezz ta’ xutt fil-baxx sabet lil Tatia Gabunia attenta.
Fit-82 minuta, Georgia laqtu l-lasta minn Natia Danelia iżda żewġ minuti wara huma naqqsu d-distakk meta minn azzjoni ta’ free-kick MARIAM KALANDADZE mill-viċin tefgħet ġewwa.
MALTA: 1-Janice Xuereb, 5-Oceane Virginie Grange, 8-Rachel Cuschieri, 10-Maria Farrugia, 11-Kailey Willis (9-Alishia Cassar 80), 13-Maya Lucia, 14-Shona Zammit, 16-Charlene Zammit, 18-Emma Xuereb, 20-Nicole Sciberras, 21-Haley Bugeja – Coach: Manuela Tesse
GEORGIA: 12-Tatia Gabunia, 2-Gvaritsa Kadagishvili, 3-Nino Pasikashvili, 4-Nino Chkhartishvili, 6-Natia Danellia, 7-Tatiana Matveeva, 10-Teona Bakradze, 16-Salome Gasvlani, 17-Lizi Mtskerashvili, 19-Nino Bukhrikidze (8-Irina Khaburtdzania 46), 21-Mariam Kalandadze – Coach: Iris Avraham-Antman
REFEREE: Cansu Tryak (Turkija)
ASS. REFEREES: Arzu Gorgun, Ayenur Karakoc (Turkija)
RABA’ UFF: Asen Albayrak (Turkija)
SKORERS: R. Cuschieri 39, H. Bugeja 60 pen (M), M. Kalandadze 84 (G)
AMMONITI: L. Mtskerashvili, T. Bakradze (G)
ATTENDENZA: 620