Friday, November 15, 2024

UNL: Żewġ logħbiet importanti li jinvolvu tliet timijiet kbar

Aqra wkoll

Illum se jintemm programm maratona ta’ erba’ matchdays tal-UEFA Nations League fejn bla dubju l-iktar mistennija huma dawk bejn l-Ingilterra u l-Ungerija u l-Ġermanja u l-Italja.

Bħalissa League A3 qed jara lill-Italja fil-quċċata tal-grupp b’ħames punti meta kollha lagħbu tliet logħ­biet. Huma jinsabu segwiti mill-Ungerija b’erba’ punti, il-Ġermanja għandhom tlie­ta u l-Ingilterra tnejn.

L-Ingliżi se jerġgħu jku­nu f’Molineux Stadium, Wolverhampton, iżda kuntrarju għal kontra l-Italja tas-Sibt li għadda li ntemmet 0-0 meta l-logħba kienet mingħajr spettaturi, il-biljetti għal dik tal-lum ilhom li ġew mibjugħa kollha.

Fiż-żewġ logħbiet li lagħ­bu l-manager Gareth Southgate kien qed jagħmel bosta esperimenti biex jipprepara għall-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ Novembru li ġej.

Issa wieħed għad irid jara jekk huwiex se jdaħħal bosta mill-players stabbi­liti bħall-aqwa skorer, Harry Kane, li għandu 50 goal mat-team nazzjonali u issa jinsab viċin li jikser ir-rekord ta’ Wayne Rooney li skorja 53.

Il-logħba l-oħra se tara lill-Ġermanja jilqgħu lill- Italja fil-Borussia-Park ta’ Borussia Moenchengladbach li hija meqjusa bħala waħda ta’ lussu bit-Taljani qed igawdu żewġ punti fuq l-avversarji tagħhom.

Fl-ewwel logħba li saret il-ġimgħa l-oħra ż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 1-1 bit-Taljani jirkupraw mill-ħarġa diżastruża kontra l-Arġentina fil-Finalissima.

Ekonomija

Sport