Saturday, December 21, 2024

Ursula von der Leyen trid ċentri ta’ ritorn barra l-UE dwar il-migrazzjoni

Aqra wkoll

F’ittra li bagħtet lill-mexxejja nazzjonali tal-blokk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, sejħet għal esplorazzjoni ta’ ċħala mudell possibbli.

Il-mexxejja tal-istati membri tal-UE għandhom jiltaqgħu l-Ħamis u l-Ġimgħa għal summit dwar il-migrazzjoni hekk kif il-Kummissjoni qalet li se tipproponi miżuri ġodda.

Il-migranti irregolari u dawk li jfittxu l-ażil li waslu fl-Ewropa s-sena li għaddiet kienu jgħoddu inqas minn terz tal-miljun persuna li waslu fl-2015. Il-migrazzjoni rregolari iżda għadha suġġett sensittiv ħafna, li xi drabi tinfluwenza anki l-elezzjonijiet fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej u żżid is-sentiment tal-votanti tal-lemin estrem.

Il-Ġermanja, attenta minn reazzjoni tal-opinjoni pubblika kontra l-migrazzjoni irregolari qabel l-elezzjonijiet ta’ Settembru li ġej, introduċiet kontrolli fuq il-fruntieri mal-ġirien kollha tagħha, u ssospendiet il-libertà taż-żona Schengen mingħajr passaporti. Franza, id-Danimarka, l-Isvezja, l-Awstrija, l-Italja u s-Slovenja introduċew ukoll kontrolli fuq il-fruntieri.

Il-ftehim tal-Italja mal-Albanija, pajjiż kandidat għal sħubija fl-UE, huwa li l-Albanija tospita ċentri tal-migrazzjoni biex tipproċessa talbiet minn irġiel li jfittxu ażil li u jidħlu fil-pajjiżi tal-Unjoni. L-ewwel nies li se jintbagħtu l-Albanija taħt il-ftehim kontroversjali għandhom jaslu nhar l-Erbgħa.

Il-Ministeru tal-Intern Taljan ikkonferma nhar it-Tnejn filgħaxija li 16-il raġel – 10 minn Bangladexx u sitt Eġizzjani – kienu waslu mil-Libja u ġew salvati nhar il-Ħadd f’ibħra internazzjonali mill-gwardji tal-kosta Taljani kienu jinsabu abbord bastiment navali li sejjer lejn il-port ta’ Schëngjin.

Xi mexxejja tal-UE aktar qabel kienu ikkritikaw skemi għall-ipproċessar estern ta’ dawk li jfittxu ażil, bħall-ftehim li kien għamel il-gvern konservattiv preċedenti tar-Renju Unit mar-Rwanda, iżda issa jidher li hemm aptit dejjem jikber fl-UE għal approċċ simili. Il-Ġermanja, li darba kienet vuċi relattivament liberali dwar il-migrazzjoni, saret aktar ħarxa u huwa maħsub li mhux probabbli li timblokka inizjattivi bħal dawn.

Von der Leyen faħħret il-ftehimiet kontroversjali tal-UE mat-Tuneżija u l-ħidma konġunta mal-awtoritajiet Libjani, li ġew ikkundannati b’mod wiesa’ minn gruppi tad-drittijiet tal-bniedem. Hija stqarret li l-wasliet irregolari fuq ir-rotta tal-Mediterran ċentrali naqsu b’żewġ terzi fl-2024 u attribwixxiet dan l-aktar għal dawn il-ftehimiet.

Il-patt bejn l-Italja u l-Albanija, li l-assoċjazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jgħidu li jikser il-liġi internazzjonali, ġie ffirmat mill-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni, u l-kontroparti Albaniża tagħha, Edi Rama, f’Novembru tas-sena li għaddiet.

Meloni qalet dak iż-żmien li bi skambju għall-appoġġ ta’ Rama għaċ-ċentri ta’  ritorn, hija kienet se tappoġġja b’qawwa l-adeżjoni tal-Albanija mal-UE. Waqt taħditiet fil-Lussemburgu nhar it-Tlieta dwar in-negozjati tal-Albanija biex eventwalment tingħaqad l-UE, Rama qal li l-ftehim tiegħu mal-Italja jista’ ma jkunx faċilment replikat minn pajjiżi oħra.

Von der Leyen qalet fl-ittra tagħha li “għandna nesploraw modi possibbli ‘l quddiem fir-rigward tal-idea li jiġu żviluppati ċentri ta’ ritorn barra l-UE, speċjalment fid-dawl ta’ proposta leġiżlattiva ġdida dwar ir-ritorni.”

Bħala parti mill-ftehim iffinanzjat mill-Italja, tliet faċilitajiet infetħu formalment fl-Albanija il-ġimgħa li għaddiet: ċentru b’kapaċità li jospita 880 persuni li qed ifittxu l-ażil, ċentru ta’ qabel id-deportazzjoni magħruf bħala CPR b’144 post, u ħabs żgħir b’20 post.

Se jsir screening fil-fond tal-irġiel meta jinżħdu fċentru li kien tal-qawwa tal-ajru Albaniża, fejn l-irġiel se jinżammu waqt li jkunu jistennew l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil.

Ekonomija

Sport