Ftit wara li ċ-champion renjanti tal-US Open, il-Britannika Emma Raducanu, sfat eliminata, kien imiss lill-Ġappuniża Naomi Osaka, li tgħaddi mill-istess destin hekk kif tilfet kontra Danielle Collins.
Osaka, rebbieħa fi Flushing Meadows fl-2018 u l-2020, kienet ħatja ta’ bosta żbalji fl-Arthur Ashe Stadium hekk kif tilfet 7-6, 6-3 kontra Collins, li impressjonat din is-sena wara li waslet fil-finali tal-Open tal-Awstralja lura fil- bidu tal-2022.
Osaka dehret nieqsa minn kull motivazzjoni hekk kif ġejja minn problemi personali li ħakmuha matul dawn l-aħħar sentejn biex b’hekk se ttemm l-istaġun mingħajr unur ta’ Grand Slam mill-2017.