Saturday, September 14, 2024

Usain Bolt jitkellem dwar l-offerta ta’ Al Hilal għal Kylian Mbappe

Aqra wkoll

L-eks champion tal-atletika Usain Bolt jinsab f’Pariġi fejn se jkun qiegħed jippreżenta t-Torċa Olimpika sena qabel il-bidu tal-logħob Olimpiku. Is-suġġett waqa’ fuq l-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe li qed jiġi attirat minn offerta astronomika ta’ €700 miljun minn Al Hilal.

Dan kollu ġiegħel lil Bolt jitkellem b’mod ironiku fejn qal li b’dik iċ-ċifra hu lest li jirritorna lura fl-atletika u jaqla’ kemxa flus mhux ħażin. Hu sostna li l-flus li qed joffru l-klabb Sawditi se jkissru d-dinja tal-futbol fis-snin li ġejjin u se jagħmlu dan l-isport wieħed ibbażat fuq kemm tim ikun b’saħħtu finanzjarjament milli kollettivament.

Ekonomija

Sport