Wednesday, December 17, 2025

Uża t-trasport pubbliku fl-20 ta’ Diċembru u kkontribbwixxi għall-istrina

Aqra wkoll

Malta Public Transport se tkun qed iġġedded l-appoġġ tagħha għall-istrina permezz tad-disa’ edizzjoni ta’ Tallinja għal L-istrina nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru 2025. Din l-inizjattiva, f’kollaborazzjoni tal-kumpanija mal-Uffiċċju tal-President, għandha l-għan li tiġbor fondi għall- Malta Community Chest Fund (MCCF), b’kontribuzzjonijiet marbuta mal-vjaġġi tal-passiġġiera matul dik il-ġurnata.

Felipe Cosmen, Chairman ta’ Malta Public Transport, ħeġġeġ lill-pubbliku biex juża tal-linja f’dik il-ġurnata. “L-użu tat-trasport pubbliku fl-20 ta’ Diċembru huwa mod faċli u kollettiv li permezz tiegħu nistgħu verament ngħinu lill-familji li jiddependu mill-ħidma tal-MCCF. Aħna kburin li nappoġġjaw lill-Uffiċċju tal-President u l-MCCF bl-aqwa mod li nistgħu”.

Malta Public Transport se tkun qed tagħti donazzjoni għal kull passiġġier li jivvjaġġa b’tal-linja, inkluż dawk li jużaw l-iskema ta’ trasport pubbliku bla ħlas. Sa mit-tnedija ta’ din l-inizjattiva fl-2016, il-kumpanija kkontribwiet aktar minn €336,000 għall-MCCF.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport