Tfajla li sfat nieqsa fl-Istati Uniti nstabet wara li użat sinjal li fl-aħħar ġimgħat mar viral fuq il-pjattaforma ta’ TikTok biex turi li kienet fil-periklu.
It-tfajla ġiet rappurtata nieqsa mill-ġenituri tagħha f’North Carolina u ġiet innutata f’karozza f’Kentucky jumejn wara.
It-tfajla ta’ 16-il sena użat il-ġest maħsub li jgħin lill-vittmi ta’ abbuż domestiku sabiex jiġbdu l-attenzjoni u jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li b’rabta ma’ dan il-ħtif ġie arrestat raġel ta’ 61 sena.