Mill-inqas persuna tilfet ħajjitha filwaqt li 28 oħrajn għadhom irraportati neqsin wara li sfaw vittma ta’ valanga tat-tajn fiċ-Ċina.
Kienet il-midja tal-pajjiż li qalet li fil-villaġġ ta’ Jinping fil-provinċja ta’ Sichuan kienet għaddejja operazzjoni tas-salvataġġ wara li għall-ħabta tat-3.50am (ħin lokali) seħħet valanga tat-tajn.
Konsegwena ta’ dan aktar minn għaxart idjar inqerdu għal kollox u fihom kien hemm diversi persuni. Il-ħaddiema tas-salvataġġ qalu li kienu salvaw żewġ persuni li dawn ittieħdu fl-qered sptar li hemm fil-villaġġ.
Dwar dan l-inċident tkellem ukoll il-President Ċiniż Xi Jinping fejn qal li ta ordni biex il-forzi tal-Ordni u ħaddiema tas-salvataġġ imorru fiż-żona u joħorġu lill-persuni li hemm taħt it-tajn.
Filmati mill-ajru wrew ammont kbir ta’ rajt u ġebel jaqa’ minn ma’ ġemb tal-muntanja u jkaxkar kull ma sabu quddiem.
Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Emerġenza Ċiniż qal li fuq il-post marru mijiet ta’ ħaddiema tas-salvataġġ u b’kollox ġew evekwati aktar minn 200 resident.
Residenti li tkellmu mal-midja Ċiniża qalu li kienu ilhom jilmentaw li kien qiegħed jaqa’ ġebel kbir minn mal-muntajna. Skont wieħed mir-residenti hu kien ressaq l-ewwel ilment mal-awtoritajiet madwar sitt xhur ilu, iżda ħadd qatt ma ħa azzjoni.