Saturday, October 26, 2024

Valladolid relegati għas-Segunda Division

Aqra wkoll

Real Valladolid saru t-tielet tim li ġie relegat għas-Segunda Division Spanjola wara d-draw ta’ 0-0 li kellhom kontra Getafe. Dan it-tim ingħaqad ma’ Espanyol u Elche li wkoll messithom l-istess xorti.

Sadanittant l-istess Valladolid se jkunu qed ineħħu erba’ elementi fl-iskwadra li issa nħallu mill-kuntratt tagħhom wara li sfaw relegati u dawn huma Oscar Plano, Joaquin, Roque Mesa u Aguado.

Is-sid tal-klabb Ronaldo Nazario qal li t-tim se jkun qed jagħmel minn kollox sabiex jirritorna lura fl-ogħla diviżjoni.

Sport