Sunday, April 13, 2025

Valletta Champions tal-BOV Challenge 

Il-Beltin jiksbu lura posthom fil-kampjonat Premier

Aqra wkoll

Valletta FC ġew inkurunati Champions tal-BOV Challenge League Champions u kisbu l-passaġġ tagħhom lura għall-Kampjonat Premier..

Wieħed mill-aktar klabbs ta’ suċċess f’Malta, Valletta sofrew ir-relegazzjoni għall-ewwel darba f’120 sena storja tagħhom l-istaġun li għadda iżda qamu għall-okkażjoni u l-assenza tagħhom fil-Kampjonat Premier kienet waħda qasira ħafna għax kisbu l-promozzjoni wara staġun wieħed biss.

Valletta kienu ssiġillaw il-promozzjoni tagħhom lura għall-Premier League bħala Champions tal-BOV Challenge League 2024/2025 meta kien fadal erba’ logħbiet u għalqu l-istaġun billi għelbu lil Marsa fl-aħħar partita tagħhom bl-iskor ta’ 3-0.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta, u Bjorn Vassallo, President tal-Malta Football Association ippreżentaw it-Tazza tal-BOV Challenge League lill-Valletta fost il-ferħ tal-kotra kbira ta’ partitarji leali ta’ Valletta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Il-kollaborazzjoni tal-Bank of Valletta mal-Malta Football Association trawwem sens ta’ għaqda bejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet u tkompli tikkonsolida  l-impenn tal-BOV li jippromwovi stil ta’ ħajja b’saħħitha u attiva fost il-popolazzjoni Maltija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport