Valletta FC ħabbru l-akkwist tal-attakkant Niġerjan ta’ 23 sena Ahmed Adebayo, li ngħaqad mal-Klabb b’self mit-tim Norveġiż IK Start.
Fi stqarrija, Valletta FC qalu li Ahmed iġib miegħu dinamiċitá fl-attakk tagħhom. Magħruf għall-preżenza fiżika inkredibbli tiegħu u l-istint tiegħu għall-goal quddiem il-lasta, huwa żieda qawwija għall-iskwadra.

