Valletta FC kkonfermaw it-tieni akkwist ewlieni tagħhom din il-ġimgħa hekk kif assiguraw is-servizzi tal-attakkant Olandiż Stijn Meijer.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Valletta ħabbru l-akkwist tal-attakkant Portugiż Diogo Tavares, li matul l-istaġun li għadda lagħab ma’ Zabbar SP.
Meijer, qed jingħaqad mal-klabb mill-kapitali wara li beda l-istaġun maċ-champions Hamrun Spartans u għenhom jikkwalifikaw għal-League Phase tal-UEFA Conference League.
“Valletta Football Club jilqa’ lil Stijn Meijer – attakkant ċentrali pur li jġib preżenza, moviment u skop fl-attakk,” qalu Valletta fi stqarrija.
“B’ħeffa kbira, b’saħħtu fil-logħob u dejjem preżenti ġewwa l-kaxxa, Stijn jagħtina dimensjoni ġdida ta’ attakk hekk kif qed nimxu ’l quddiem flimkien.”



