Friday, February 6, 2026

Valletta FC jilħqu ftehim biex jiffirmaw lill-eks goalkeeper ta’ Santa Lucia, Julani Archibald

Aqra wkoll

Valletta FC laħqu ftehim biex jiffirmaw lill-eks goalkeeper ta’ Santa Lucia, Julani Archibald.

Il-Beltin kienu qed ifittxu goalkeeper fl-aħħar jum tat-trasferimenti wara li ddeċidew li jħallu lil Timothy Aquilina jingħaqad ma’ Swieqi United.

Valletta xeħtu ħarsithom fuq il-goalkeeper veteran Archibald li qabel li jirritorna fil-Malta Premier.

Il-goalkeeper ta’ St Kitts & Nevis huwa wiċċ familjari fil-futbol Malti wara li fis-sajf tal-2021 ingħaqad ma’ Santa Lucia qabel ma qatta’ perjodu qasir ma’ Birkirkara.

Il-goalkeeper qatta’ 12-il xahar fil-futbol Malti qabel ma fittex esperjenza ġdida hekk kif wara l-esperjenza tiegħu f’pajjiżna mar jilgħab il-Honduras fejn lagħab ma’ CD Victoria u Platense FC.

Ma’ Valletta FC, Archibald huwa mistenni li jipprovdi kompetizzjoni għall-goalkeeper Brażiljan Adilson Maringa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport