Friday, January 9, 2026

Valletta FC mistennija jħabbru l-iffirmar tal-eks attakkant ta’ Hamrun Spartans, Stijn Meijer, fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Valletta FC mistennija jħabbru l-iffirmar tal-eks attakkant ta’ Hamrun Spartans, Stijn Meijer, fis-sigħat li ġejjin.

L-attakkant Olandiż ta’ 27 sena ngħaqad ma’ Hamrun is-sajf li għadda iżda għamel biss dehriet limitati u issa qed ifittex esperjenza ġdida mat-tim mill-kapitali.

Fil-passat, Meijer lagħab għal FC Dordrecht, PEC Zwolle, SC Verl (b’self), Al-Shahania (Qatar), FC U Craiova (Rumanija) u timijiet tal-youths inklużi FC Utrecht, FC Twente u Willem II.

Nhar il-Ħamis, Valletta kkonfermaw ukoll l-iffirmar tal-eks attakkant ta’ Zabbar St Patrick, Diogo Tavares, biex isaħħu l-għażliet ta’ attakk tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport