Minn Cristian Muscat
Ta’ Xbiex………..5
Valletta………….7
(2-1, 3-1, 0-2, 0-3)
F’semi-finali mill-isbaħ, Valletta dawru telfa f’rebħa ta’ 7-5 kontra Ta’ Xbiex biex b’hekk irnexxielhom jiksbu l-passaġġ għall-finali tan-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni.
Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Jayden Cassar. Stephen Micallef skorja l-uniku goal għall-Beltin.
Huma komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bil-punteġġ ta’ 3-1 bl-iskorers għalihom ikunu Edward Aquilina, Edward Meli u Elijah Scembri. Il-goal waħdani għall-Beltin wasal minn Reinhard Attard.
Iżda Valletta wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, bl-awturi tal-goals ikunu Matthew Pace u Andrea Agius.
Il-Beltin rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, il-players Sebi Busuttil u Andrea Agius (2).
Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (1), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edward Meli (1), 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba, 8-Jayden Cassar (2), 9-Elijah Schembri (1), 10-Zak Cutajar Licari, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic – Coach: Zoran Maslovar
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace (1), 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil (1), 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef (1), 10-Andrea Agius (3), 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard (1), 15-Luca Felice – Coach: Joe Cremona
Referees: Arnaldo Petronilli, Ronnie Spiteri