Valletta ħabbru l-akkwist ta’ Mattias Ellul, difensur żagħżugħ b’40 dehra fil-Malta Premier diġà f’ismu u lagħab mat-tim nazzjonali ta’ Malta ta’ taħt il-21 sena.
Fi stqarrija, Valletta, qalu li ta’ 20 sena biss, Mattias għażel lil Valletta FC bħala l-pjattaforma biex jeleva l-karriera tiegħu u jieħu dak li l-Beltin qed isejħulha bħala #TheNextStep.