Monday, November 4, 2024

Valletta jdawru telfa f’rebħa fuq Marsaxlokk

Aqra wkoll

Marsaxlokk … 1

Valletta … 2

F’partita mill-isbaħ, Valletta għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1, biex dawru telfa f’rebħa, u dan meta lagħbu għall-ħinijiet twal bi player inqas.

Marsxalokk fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-sitt minuta meta Wellington Valentim De Sousa għadda tajjeb lejn TIAGO ADAN FONSECA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti biss wara, Wellington Valentim De Sousa xeħet cross li sab lil Fabian Santiago Moracci li kellu d-daqqa ta ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata tajjeb mill-goalkeeper Taljan ta’ Valletta, Alessandro Guarnone. 

U jidher li t-team talk tal-coach ta’ Valletta Thane Micallef fil-mistrieħ, ħalliet l-effett mixtieq hekk kif Valletta ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati, meta fit-53 minuta ġabu l-iskor indaqs meta SHAUN DIMECH avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt angulat minn pożizzjoni ideali, tefa’ ġewwa.

Fit-62 minuta, Valletta qalgħu daqqa ta’ ħarta, hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Eslit Sala wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita bit-tieni karta safra jirċeviha wara foul li wettaq fuq Leandro Aguirre.

Mill-freekick li rriżulta, minuta biss wara, tentattiv ta’ Adrian Santiago Ferraris għadda għoli.

Inkoraġġiti mill-fatt li bdew jilagħbu bi player aktar, Marsaxlokk bdew jipproduċu l-aħjar logħob u fit-72 minuta, is-sostitut Alfred Effiong kellu tentattiv mill-viċin li għadda ftit barra.

Huma komplew jippressaw u fit-83 minuta, l-istess Alfred Effiong minn pożizzjoni ideali ra lil Guarnone isalva tajjeb, biex mir-rebound, Adrian Santiago Ferraris tefa’ għoli.

Dan sabiex żewg minuti biss wara, Ferraris dejjem għax-Xlukkajri, kellu xutt angulat minn ġol-kaxxa li ntemm ftit barra.

Fit-88 minuta l-istess Ferraris ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li iżda ntemm ftit għoli.

Kontra x-xejra tal-logħob, fil-ħin miżjud, Valletta rebħu penalty meta Emerson Vella waqqa’ liż-żagħżugħ Andrea Zammit fil-kaaxa u kawża t’hekk tkeċċa permezz ta’ karta ħamra diretta mir-referee Fyodor Zammit. Mill-11-il metru, inkariga ruħu l-istess ANDREA ZAMMIT li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak, in-naħa opposta.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 5-Christopher Edafe Uzeh, 6-Jeferson Mendes Dos Santos (11-Alfred Effiong 69), 17-Peter Xuereb, 19-Emerson Vella, 21-Adrian Santiago Ferraris, 27-Leandro Aguirre, 37-Fabian Santiago Moracci, 77-Wellington Vlanetim De Sousa, 88-Dejan Vukovic (96-Daniel Agius 62), 99-Tiago Adan Fonseca Coach: Pablo Doffo

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 10-Shaun Dimech, 11-Oke Akpoveta (9-Andrea Zammit 46), 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Feed Kamdem Fewo (3-Enzo Ruiz 14), 22-Brandon Paiber, 28-Jean Marie Ngong (88-Flavio Silva Cheveresan 66), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Roberto Vella, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: T. Adan Fonseca 6 (M), S. Dimech 53, A. Zammit pen. 92 (V)

Tkeċċew: E. Sala 62 (V), E. Vella 91 (M)

Ammoniti: F. S. Moracci, D. Vukovic, M. Drobnjak (M), E. Sala, E. M. Pena Beltre (V)

Player tal-Loghba: W. Valentim De Sousa (M)

Sport