Monday, November 18, 2024

Valletta jegħlbu lil Santa Lucia b’goal f’kull taqsima

Aqra wkoll

Valletta kisbu rebħa meritata meta għebu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima. B’hekk, huma kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva,

Fl-24 minuta Valletta fethu l-iskor meta Enmy Manuel Pena Pena Beltre għadda tajjeb lejn Triston Caruana li mn-naħa tiegħu xeħet cross li l-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Matthew Calleja Cremona, ma rnexxielux iżomm, bil-ballun jispiċċa għand iż-żagħżugħ ANDREA ZAMMIT li lill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-81 minuta Valletta ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal meta Triston Caruana xeħet cross għan-nofs li sab lil BRANDON PAIBER li żmarkat tefa’ l-ballun fix-xibka.

Tmien minuti wara, Valletta kienu għoddhom skorjaw it-tielet goal meta Enmy Manuel Pena Beltre indirizza cross għan-nofs, bix-xutt mill-ewwel ta’ Eslit Sala li ntemm ftit barra.

Fil-ħin miżjud, Flavio Silva Cheveresan dejjem għall-Beltin kien għoddu sab ix-xibka, iżda wiċċ imb’wiċċ ma’ Calleja Cremona tefa’ barra.

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Soares, 4-Michael Johnson, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam (24-Erick Serna 74), 9-Meghon Valpoort (19-Reon Saito 86), 14-Dexter Xuereb (7-Liam Mckay 86), 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias, 21-Jamie Carbone (11-Jan Tanti 63), 27-Miguel Angel Alba Coach: Vincenzo Potenza

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 5-Ryan Camilleri, 8-Triston Caruana, 9-Andrea Zammit (14-Christian Gauci 63), 11-Oko Akpoveta (88-Flavio Silva Cheversan 74), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Kamdem, 22-Brandon Paiber, 28-Jean Ngong (4-Jean Borg 74), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis (80-Joseph Willy 90) Coach: Thane Micallef

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Duncan Spencer, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: A. Zammit 24, B. Paiber 81 (V)

Ammoniti: E. Sala, E. M. Pena Beltre (V), F. Farias, J. Carbone, M. Johnson (SL)

Player tal-Logħba: Brandon Paiber (V)

Ekonomija

Sport