Saturday, September 14, 2024

Valletta jegħlbu lil Sirens u jersqu lejn is-salvazzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens ………0

Valletta …….3

Valletta għamlu pass kbir lejn is-salvazzjo­ni meta fl-ewwel partita tal-Play-Out Round għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals kollha jaslu fit-tieni taq­sima.

Huma qabżu lill-istess Si­rens b’żewġ punti fil-klassifika li min-naħa tagħhom iddiżappuntaw.

Kien biss fl-24 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Sirens ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt ċentrali ta’ Degran Jackson minn gol-kaxxa ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Alessandro Guarnone.

Valletta wieġbu tliet mi­nuti wara meta Ivan Curjuric spara xutt kważi minn tarf il-kaxxa li għadda ftit għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-31 minuta kienu għoddhom fetħu l-iskor meta Mario Fontanella xeħet cross-shot għan-nofs li ġie devjat f’corner minn Renato Neto Cardoso Porto li kważi qarraq għal kollox bil-goalkeeper sieħbu, Jonathan Debono, meta kien se jikkommetti auto- goal. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu aktar avventurużi u fil-51 minuti fetħu l-iskor meta Emmanuel Promise Oluwatobi venven xutt b’saħħtu minn qagħda ideali li ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper D­ebono biex mir-rebound  CAIO PRADO bir-ras xeħet fix-xibka bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel jintemm ġewwa.

Huma komplew jippressaw u tmien minuti wara Debono dawwar f’corner b’mod spet­takolari x-xutt qawwi tal-istess Prado.

Madankollu fid-59 mi­nu­ta, il-Beltin irduppjaw meta Mario Fontanella ap­profitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Debono u tefa’  l-ballun f’lasti vojta.

Il-Lilywhites komplew jiddominaw u fid-67 minuta resqu viċin li jkabbru l-iskor meta minn qagħda ideali Fontanella kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Debono.

Fid-79 minuta, Debono reġa’ salva fuq Fontanella wara azzjoni intelliġenti ta’ Oluwatobi.

Iżda fit-93 minuta huwa ma seta’ jagħmel xejn meta ġie megħlub minn xutt mid-distanza ta’ TRISTON CARUANA.

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta, 7-Conor Borg (11-Alfred Effiong 69), 10-Bogdan Gavrila (9-Marios Lomis 79), 14-Diego Albanese (17-Jacob Walker 54), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 30-Carlos Riascos Castillo, 31-Degran Jackson, 33-Vitor Vieira, 88-Renato Neto Cardoso Porto   – Coach: Winston Muscat

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 6-Triston Caruana, 11-Michele Sansone, 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Emanuel David Promise Oluwatobi (17-Andrea Zammit 92), 20-Ivan Curjuric (10-Shaun Dimech 86), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (92-Kevin Tulimieri 75), 89-Mario Fontanella (9-Haris Dilaver 92)  – Coach: Danilo Doncic

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sul­tana, Paul Apap

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: C. Prado 51, M. Fontanella 59, T. Caruana 93 (V)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport