Valletta…………….3
Birkirkara…………..1
Valletta għelbu lir-rivali l-antiki Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk kisbu post fil-finali tant mistennija tal-Meridianbet FA Trophy, fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Gzira United.
Fil-31 minuta Leandro Lautaro Lacunza ta’ Birkirkara kellu xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa min-naħa tax-xellug, iżda l-goalkeeper Brażiljan ta’ Valletta Aguero dos Santos kien attent u tajjar il-ballun li mar għand il-captain ta’ Birkirkara Alessandro Coppola li pprova jikkonkludi iżda d-difensur Serb ta’ Valletta Sava Radić ikklerja l-ballun. Valletta wieġbu fl-40 minuta meta Andrea Zammit għadda tajjeb lejn Diogo Tavares Tavares li tefa’ cross u Thaylor Aldama pprova jikkonkludi iżda sab lill-goalkeeper Spanjol ta’ Birkirkara, Miguel Angel Martinez attent li għalaq tajjeb u l-ballun ħabat ma saqajh u mar barra. Mill-corner li rriżulta Valletta fetħu l-iskor wara li l-captain Brandon Paiber indirizza cross mill-lemin u ANDREA ZAMMIT permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa. Żewġ minuti biss wara Valletta rduppjaw l-iskor meta YURI DE JESUS MESSIAS avvanza tajjeb fil-kaxxa u minn pożizzjoni ċentrali ma ħafirx.
Birkirkara naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ penaly tal-Kroat JERE VRCIC fis-70 minuta.Iżda kienu Valletta li ssġillaw ir-rebħa pemezz tat-tielet goal fil-ħin miżjud permezz ta’ BRANDON PAIBER, li qatel għal kollox l-isforzi ta’ Birkirkara li almenu jisfurzaw il-ħin barrani, filwaqt li witta l-passaġġ lill-Beltin għall-finali tal-FA Trophy.Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Steve Borg, Andrea Zammit (Stijn Meijer 76), Brandon Paiber, Jake Azzopardi, Diogo Tavares (Mattias Ellul 87), Yannick Yankam, Emmanuel Moise Mbende, Yuri De Jesus Messias (Jackson Mendoza 79), Sava Radic, Thaylor Aldama Coach: Thane MicallefBirkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Ignacio Manuel Morello, Shaun Dimech (Jan Busuttil 60), Lucas Macula, Lautaro Leandro Lacunza (Franklin Sasere 86), Neil Micallef, Alesandro Coppola, Geoffrey Edwin Achempong, Aleandro Garzia (Kemar Reid 60), Jacques Bayo (Jere Vrcic 60) Coach: Paul ZammitReferee: Fyodor ZammitAss. Referees: Duncan Sultana, Shaun CallejaRaba’ Uffiċjal: Joseph ScerriSkorers: A. Zammit (40), Y. De Jesus Messias 42, B. Paiber 95 (V), J. Vrcic pen. 70 (B)Ammoniti: Y. Yankam (V), G. E. Acheampong (B)

