Sliema Wanderers …1
Valletta ………………3
Minn Cristian Muscat
Valletta rebħu l-Malta FA Jubilee Cup meta fil-finali għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-1 biex għaqqdu hat-trick tat- tazzi tal-anniversarji li jinkludu s-Centenary Cup u t-Tazza tal-100 Anniversarju tal-Kampjonat.
Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu, fis-17-il minuta meta Andrea Zammit kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat b’diffikultá mill-goalkeeper, Rashed Al-Tumi.
Tliet minuti wara, Yuri De Jesus Messias ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ntemm ftit barra.
Fit-30 minuta, Valletta fetħu l-iskor meta Steve Borg, temm ġirja tajba billi għadda lejn YURI DE JESUS MESSIAS li wara li qabeż difensur avversarju, permezz ta’ xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ż-żgħira.
Fis-37 minuta, ir-referee Ishmael Barbara kkonsulta l-FVS wara li l-Kroat Roko Prsa deher li allegatament twaqqa’ fil-kaxxa iżda r-referee Barbara ġġudika li kien hemm pożizzjoni ta’ offside proprju qabel din l-azzjoni.
Fit-52 minuta, il-Beltin kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta s-solitu De Jesus Messias qabeż player avversarju qabel venven xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata li għadda ftit barra.
Huma komplew jippressaw u erba’ minuti wara reġgħu resqu qrib li jsibu x-xibka għat-tieni darba meta Andrea Zammit serva lil Yuri De Jesus Messias, li peremzz ta’ xutt mill-ewwel falla l-mira bi ftit.
Fl-74 minuta Valletta rebħu penalty meta Mamadu Sulahmana Bah waqqa’ lil Sava Raduc fil-kaxxa, bir-referee Barbara jikkonferma dan il-penalty wara li reġa’ kkonsulta l-FVS.
Mill-11-il metru YURI DE JESUS MESSIAS ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun naħa u lil Al-Tumi n-naħa opposta.
Fit-83 minuta, il-Beltin skorjaw it-tielet goal permezz ta’ free-kick spettakolari ta’ Brandon Paiber.
Tliet minuti mit-tmiem, il-Wanderers skorjaw il-goal ta’ konsolazzjoni meta s-sostitut FERNANDINHO temm azzjoni personali billi venevn xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Adilson Aguero Dos Santos.
SLIEMA W.: 22-Rashed Al-Tumi, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo (14-Kyrian Nwoko 59), 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (94-Fernandinho 59), 11-Myles Beerman, 12-Roko Prsa, 17-Mamadou Sulahaman Bah, 31-Henrique Nurilo, 70-Steve Pisani, 98-Miguel Baggio – Coach: Paul Zammit
VALLETTA: 90-Adilson Aguero Dos Santos, 4-Steve Borg, 5-Zachary Cassar, 8-Andrea Zammit, 10-Brandon Paiber, 11-Jake Azzoaprdi, 20-Yannick Yankam, 28-Keith Brewer Jr, 33-Emamnuel Moise Mbende, 50-Yuri De Jesus Messias, 55-Sava Radic – Coach: Thane Micallef
referee: Ishmael Barbara
ASS. refereeS: Luke Portelli, Duncan Sultana
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: Y. De Jesus Messias 30, pen. 75, B. Paiber 83 (V), Fernandinho 87 (SW)
AMMONITI: N. Frendo, K. Nwoko (S), J. Azzopardi, S. Borg (V)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Yuri De Jesus Messias (Valletta)

