Minn Cristian Muscat
Birkirkara ……..1
Valletta ………..1
Birkirkara u Valletta temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd, l-aktar lill-Beltin li se jilagħbu fir-Relegation Pool għall-kumplament tal-istaġun.
Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss erba’ minuti meta free-kick insidjuż ta’ Ivan Curjuric ġie salvat mill-goalkeeper, Amara Sylla.
Huma komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara Triston Caruana xeħet cross lejn Emmanuel Oluwatobi li iżda żmarkat kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm inkredibbilment għoli.
Fis-26 minuta, Birkirkara resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Luke Montebello għadda tajjeb lejn Kurt Zammit li min-naħa tiegħu xeħet cross bil-captain Belti, Jean Borg, bħal donnu tfixkel fil-ballun u naqas milli jikklerja, bil-ballun jintemm għand PAUL MBONG li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fis-37 minuta, Valletta reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Ivan Curjuric li iżda falla l-mira.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u wara biss ftit sekondi f’azzjoni veloċi, Paul Mbong impenja bis-sħiħ lil Alessandro Guarnone li dawwar tajjeb f’corner.
Fl-54 minuta, Valletta rrispondew permezz ta’ free-kick minn Ivan Curjuric li kien wieħed ċentrali.
Huma komplew juru titjib sostanzjali u ħames minuti wara kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta s-solitu Ivan Curjuric venven xutt b’saħħtu kważi minn tarf il-kaxxa bil-ballun jistampa mal-mimduda qabel ma ntemm barra.
Fit-88 minuta, Birkirkara tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta waħdu, Cain Attard ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Yenz Cini.
Ta’ dan in-nuqqas, kienu Valletta li kisbu d-draw meta fil-ħin miżjud meta EMMANUEL OLUWATOBI approfitta minn żball ta’ Sylla.
BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello (21-Ryan Scicluna 84), 10-Paul Mbong (8-Claudio Bonanni 67), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 27-Leandro Aguirre, 30-Kilian Bevis (20-Federico Falcone 84), 70-Jeferson Macedo, 77-Diego Venancio – Coach: André Paus
VALLETTA: 26-Alessandro Guranone (1-Yenz Cini 77), 4-Jean Borg, 6-Triston Caruana (17-Andrea Zammit 66), 14-Christian Gauci (5-Ryan Camilleri 77), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Emmanuel Promise Oluwatobi, 20-Ivan Curjuric, 24-Rowen Muscat (9-Haris Dilaver 77), 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (97-Lucas Campos 66), 89-Mario Fontanella – Coach: Danilo Doncic
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: P. Mbong 26 (B), E. O. David Promise 91 (V)
AMMONITI: C. Attard, D. Venancio, E. Ruiz (B), E. M. Peltre Beltre, R. Muscat (V)