Valletta ……………5
Sta Lucia …………3
Doppjetta ta’ Shaun Dimech fl-ewwel erba’ minuti wittiet it-triq għal rebħa ta’ 5-3 għal Valletta fuq Santa Lucia f’logħba sabiħa li pproduċiet tmien goals.
Kien riżultat ieħor pożittiv għal Valletta li issa telgħu fit-tielet post u ħallew lil Santa Lucia jfittxu l-ewwel rebħa wara tmien logħbiet.
Il-Beltin kellhom bidla waħda mit-team li spiċċa fi draw ma’ Hibernians b’Shaun Dimech jieħu post Rowen Muscat waqt li għal Santa Lucia, irritorna Jurgen Pisani wara sospensjoni.
Valletta fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti hekk kif minn cross ta’ Tulimieri mil-lemin, Dilaver niżżel bir-ras lejn Fontanella li għadda l-ballun lil SHAUN DIMECH u dan ikkontrolla qabel għeleb lil Archibald minn pożizzjoni ċentrali.
Minuta wara, il-Beltin irduppjaw meta Fontanella għadda ballun tajjeb lejn SHAUN DIMECH fuq il-lemin u dan għal darb’oħra għeleb lill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, din id-darba b’xutt fil-baxx.
Dawn iż-żewġ goals ħasdu lit-team ta’ Santa Lucia iżda man-nofs siegħa logħob, huma naqqsu d-distakk hekk kif Alan da Silva Souza ħarab tajjeb minn nofs il-ground u għadda l-ballun lil Kieran Xuereb fil-kaxxa li qassam lejn JURGEN PISANI li b’ xutt angolat għeleb lil Guarnone.
Iżda żewġ minuti fuq il-ħin miżjud, kienu Valletta li reġgħu marru tnejn minn fuq hekk kif minn cross fit-tul ta’ Kevin Tulimieri mil-lemin, ESLIT SALA kkontrolla qabel għeleb lil Archibald.
Santa Lucia ma qatgħux qalbhom u fil-50 minuta reġgħu skurjaw. Gianmarco Conti kellu xutt angolat mil-lemin imxellef f’corner u mill-istess corner ta’ Souza, id-difiża ta’ Valletta kklerjat qasir biex NICHOLAS PULIS għeleb lil Guarnone.
Fit-63 minuta, Valletta għamluhom 4-2 meta ballun fit-tul ma ġiex miżmum mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia bil-ballun jaħbat ma’ MARIO FONTANELLA u jidħol fix-xibka.
Disa’ minuti wara l-Beltin skorjaw il-ħames goal permezz ta’ IVAN CURJURIC li b’xutt fil-baxx, mxellef minn Dexter Xuereb, għeleb lil Archibald.
Fid-90 minuta, Santa Lucia skorjaw it-tielet hekk kif xutt minn barra l-kaxxa ta’ Conti ġie salvat parzjalment minn Guarnone bis-sostitut VITO PLUT jitfa’ ġewwa mir-rebound.
VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg (14-Christian Gauci 76), 5-Ryan Camilleri (17-Jeremy Micallef 83), 6-Triston Caruana, 8-James Arthur, 9-Haris Dilaver, 10-Shaun Dimech (19-Joseph Zerafa 65), 20-Ivan Curjuric (97-Lucas Campos 76), 66-Eslit Sala, 89-Mario Fontanella (22-Isaiah Micallef 83), 92-Kevin Tulimieri – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes
STA LUCIA: 18-Julani Archibald, 4-Andre Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis (30-Brady Agius 80), 7-Gianmarco Conti, 8-Patrick Silva, 10-Alan da Silva Souza, 14-Jan Tanti (17-Victor Luiz Filho 46), 22-Jamie Zerafa (9-Vito Plut 54), 23-Dexter Xuereb (24-Liam McKay 75), 98-Kieran Xuereb (27-Andreas Vella 75) – Coach: Oliver Spiteri
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann
SKORERS: S. Dimech 3,4, E. Sala 45, M. Fontanella 63, I. Curjuric 72 (V); J. Pisani 30, N. Pulis 50, V. Plut 90 (SL)
AMMONITI: J. Zerafa, A. Prates, J. Pisani (SL); I. Curjuric (V)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Shaun Dimech (Valletta)