Monday, October 14, 2024

Valletta Subbuteo Club bi tliet akkwisti ġodda għall-istaġun il-ġdid

Aqra wkoll

Tliet plejers ta’ suċċess għadhom kif ingħaqdu ma Valletta Subbuteo Club għall-istaġun li jmiss.  Xi ħaġa komuni f’dawn it-tliet plejers hi li kollha kienu jiffurmaw parti minn Valletta Subbuteo Club fil-passat. 

Massimiliano Nastasi plejer Taljan, hu plejer li kiseb diversi rebħiet fosthom fil-kompetizzjonijiet mondjali.  Pascal Scheen mill-Belgju, plejer iehor li kellu diversi suċċessi internazzjonali u anke lokali fil-kampjonat Belgjan. 

Jurgen Balzan plejer Malti b’diversi esperjenzi u rebħiet internazzjonali, kif ukoll man-nazzjonal.  Wara suċċessi li kisbu Valletta Subbuteo club fl-aħħar snin, ser jkompli jissaħħu b’dawn l-akkwisti.

Sport