Monday, December 23, 2024

Valletta trasformati fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Valletta…………..3

Zebbug R………..0

Valletta dehru ttrasformati fit-tieni taqsima u meritatament għelbu l-isfida ta’ Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 3-0. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għall-Beltin u t-tielet riżultat utli pożittiv konsekuttiv għalihom.

Kienu Zebbug li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Almir De Jesus Soto Maldonado kellu xutt mid-distanza li għadda barra.

Valletta wieġbu fit-22 minuta peremzz ta’ xutt ieħor mid-distanza din id-darba ta’ Brandon Paiber, li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper tar-Rangers, Jamie Azzopardi.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u tliet minuti biss wara cross insidjuż ta’ Oke Akpoveta ġie interċettat mid-difiża ta’ Zebbug.

Madankollu kienu Zebbug li resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-28 minuta meta Charles Lokli Ngoy għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tistampa mal-mimduda, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.

Man-nofsiegħa logħob kien imiss lil Valletta li ma daħkitielhomx il-fortuna meta xutt minn pożizzjonni ideali ta’ Oke Akpoveta ħabat mal-wieqfa qabel intemm barra.

Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara reġgħu kienu sfortunati li ma  sabux ix-xibka meta daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta ta’ Oke Akpoveta stampat mal-mimduda.

Il-ftuħ tat-tieni taqsima kien wieħed ikkaratterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground. Dan sat-68 minuta meta Valletta fetħu l-iskor hekk kif minn azzjoni  ta’ corner mogħti minn Triston Caruana, JEAN MARIE ULRICH NNOMO NGON minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa u lill-partitarji Beltin f’delirju ta’ ferħ.

Huma rduppjaw l-iskor fl-74 minuta meta KILIAN BEVIS avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt angolat fil-baxx tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi.

Il-Beltin rebħu penalty fit-80 minuta meta Gaetano Joseph Gesualdi waqqa’ lil Oke Akpoveta fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu OKE AKPOVETA li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri (8-Triston Caruana 46), Shaun Dimech (9-Andrea Zammit 59), 11-Oke Akpoveta (88-Flavio Silva Cheveresan 82), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Steed Kamdem Fewo, 22-Brandon Paiber, 28-Jean Marie Ulrich Nnomo Ngong, 80-Joseph Willy (66-Eslit Sala 46), 93-Kilian Bevis (30-Llywelyn Cremona 84) Coach: Tane Micallef

Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida Da Silva, 7-Yanis Tonna (5-Travis Bartolo 82), 10-Stefan Jankovic (17-Paul Galea 91), 11-Charles Lokoli Ngoy, 16-Randall Vella (22-Gaetano Joseph Gesualdi 73), 18-Almir De Jesus Soto Maldonado, 19-Glen Mifsud, 20-Jordan Sciberras (23-Kurt Bondin 73), 21-Stanimir Milsokovic (8-Ayrton Mizzi 73) Coach: Brian Spiteri

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Duncan Spencer, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace

Skorers: J. M. Ulrich Nnomo Ngong 68, K. Bevis 74, O. Akpoveta pen. 80 (V)

Ammoniti: S. Dimech (V), S. Miloskovic, R. Vella, Y. Tonna, G. J. Gesualdi (Z)

Player tal-Logħba: Kilian Bevis (V)

Ekonomija

Sport