Sunday, December 22, 2024

Valletta u Marsaxlokk itemmu l-istaġun bi draw ġust

Aqra wkoll

Valletta…………….1

Marsaxlokk……….1

Valletta u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Ta’ nota huwa l-fatt li qabel il-partita, il-president ta’ Valletta, Alexander Fenech, ippreżenta memento lil Gerard Ellul fl-okkażjoni tat-300 logħba tiegħu bħala team manager tat-team mill-kapitali.

Kienu Marsaxlokk li ħarġu fuq l-offensiva u fit-tmien minuta, wara li rċieva minn corner ta’ Daniel Agius, Christopher Uzeh, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti biss wara, Tiago Adan Fonseca għadda tajjeb lejn Santiago Moracci li wiċċ b’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Valletta, Cain Formosa ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb.

Valletta wieġbu fit-18-il minuta u rebħu penalty meta Moracci waqqa’ lil Enmy Manuel Pena Beltre fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu ANDREA ZAMMIT li ma żbaljax.

Marsaxlokk reġgħu ħolqu l-periklu fit-22 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Tiago Adan Fonseca li ġie salvat tajjeb minn Formosa. Dan sabiex erba’ minuti wara, xutt tajjeb ta’ Santiago Moracci dejjem għax-Xlukkajri ġie mdawwar f’corner minn Formosa.

Kien biss fit-68 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-l-periklu, meta wara li rċieva minn corner mogħti minn Ayrton Attard, Oscar Carniello, għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit barra.

Dan sabiex fid-89 minuta, ix-Xlukkajri ġabu l-iskor indaqs b’xutt tas-sostitut AYRTON ATTARD li ma ta l-ebda ċans lil Formosa.

Valletta: 99-Cain Formosa, 3-Enzo Ruiz, 6-Sheldon Mackay, 8-Triston Caruana, 9-Andrea Zammit (16-Jake Azzopardi 65), 10-Shaun Dimech (34-Peter Nnaemeka Ohaka 75), 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre (23-Josiah Mallia 89), 20-Federico Falcone (15-Kayden Farrugia 91), 30-Llywelyn Cremona (19-Zak Barbara 78), 80-Joseph Willy Coach: Thane Micallef

Marsaxlokk: 23-Jose Ruiz Gamonal, 5-Chris Edafe Uzeh (16-Kaylon Dimech 75), 8-Terence Vella, 21-Santiago Adrian Ferraris, 22-Dale Mifsud (7-Ayrton Attard 65), 24-Juan Cruz Aguillar (20-Peter Sammut 65), 25-Oscar Carniello, 37-Santiago Fabian Moracci, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius, 99-Tiago Adan Fonseca (17-Peter Xuereb 46) Coach: Pablo Doffo

Referee: Slawomir Olucha

Ass. Referees: Thomas Debono, Robert Curtis

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: A. Zammit pen. 18 (V), A. Attard 89 (M)

Ammoniti: P. Sammut (M)

Player tal-Logħba : Emmy Manuel Pena Beltre ( Valletta )

Ekonomija

Sport