Saturday, June 7, 2025

Valletta u Portsmouth jiffirmaw Ftehim ta’ Ħbiberija għal kollaborazzjoni

Aqra wkoll

Il-Belt Valletta u Portsmouth issieħbu f’ftehim ta’ ħbiberija uffiċjali li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ bliet storici. Dan il-ftehim ifittex li jsaħħaħ il-kooperazzjoni f’oqsma bħall-kultura, turiżmu, edukazzjoni u proġetti għaż-żgħażagħ.

Bħala parti minn din il-viżita, delegazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta attendiet ukoll għall-ħatra tal-Lord Mayor il-ġdid ta’ Portsmouth, fejn ġew diskussi wkoll inizjattivi ġodda fosthom skambji bejn studenti, kollaborazzjonijiet kulturali u opportunitajiet sportivi għat-tfal.

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-pass u qal: “Dan il-ftehim mhux biss simbolu ta’ ħbiberija, iżda opportunità biex nibnu koperazzjoni li jagħmlu differenza reali għall-komunitajiet tagħna. Hadna gost ukoll niltaqgħu mal-komunità Maltija li jgħixu Portsmouth”

Dan huwa l-ewwel pass lejn ġemellaġ uffiċjali li jsaħħaħ ir-rabta bejn il-Belt Valletta u Portsmouth fuq livell internazzjonali u komunitarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport