Id-difensur internazzjonali Olandiż Virgil Van Dijk irrifjuta li jagħti ċertezza li jista’ jġedded il-kuntratt ma’ Liverpool. Il-plejer ta’ 33 sena ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2018 fejn skorja 19-il gowl f’220 logħba.
Minkejja kollox, f’dawn l-aħħar xhur kien suġġett ta’ spekulazzjoni minħabba li l-ġurnalisti bħal donnu qed jippressawh dwar x’se tkun it-triq ‘il quddiem. L-uniku ħaġa li qal kien li bħalissa qed iħossu fl-aqwa kundizzjoni fiżika u mhux qed jaħseb dwar il-futur tiegħu.