Real Madrid se jibqgħu jiġru wara l-midfielder offensiv Trent Alexander Arnold hekk kif id-diriġenti mill-belt kapitali Spanjola għadhom qed jaraw kif jistgħu jakkwistawh matul is-sajf li ġej. Miegħu qed jissemma’ wkoll Virgil Van Dijk li hi ħaġa kważi ċerta li mhux se jibqa’ f’Anfield Road.
L-għan tad-diriġenza Madrilena hu li jibnu fuq it-tajjeb li tant hemm bħalissa u Van Dijk u Trent Alexander Arnold li joffru esperjenza notevoli.