Saturday, June 7, 2025

Vann jieħu n-nar fil-Bypass tal-Imrieħel … is-sewwieq ma’ sofra ebda ġrieħi 

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ vann ma’ ġarrab ebda ġrieħi. Dan wara li l-Ġimgħa filgħaxija, il-vann li kien qiegħed isuq ħa n-nar fil-Bypss tal-Imrieħel. 

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li r-raġel ħareġ waħdu ftit tal-ħin qabel ma’ il-vann beda jaqbad. Fuq il-post issejjħu diversi uffiċjali tal-Pulizija flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili. 

Ftit tal-ħin wara li ġew fuq il-post, in-nirien ġie mitfi u ftit tal-ħin wara l-vann li nħaraq ittieħed permezz tat-towing 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport