Tfajla kellha tiddaħħal l-Isptar għal aktar attenzjoni medika wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kien tilef il-kontroll ta’ vann tal-għamla Isuzu ELF u sussegwentament inqaleb. Miegħu riekba kien hemm tfajla ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.
Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lit-tfajla sakemm hija ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja