Vann jinqaleb wara ħabta ma’ karozza tal-pulizija f’San Ġiljan

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassallo f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann misjuq minn żaghżugħ ta’ 27 sena residenti l-Fgura u karozza tal-Pulizija misjuqa minn kuntistabbli ta’ 36 sena.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. S’issa għada mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.