Wednesday, December 25, 2024

Vencedor bit-tieni suċċess tas-sena fil-Premier

Minn Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Paul Galea, il-Franċiż Vencedor rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret it-Tlieta fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mill-40 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. 

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Vencedor (Paul Galea) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ distakk żgħir minn Vincent Horse (Charles Camilleri) u Rally Hans (Marco Refalo). 500m mil-linja finali bdew ġejjin diversi assalti minn żwiemel oħra. Madankollu, Vencedor baqa’ jiġri b’qawwa sat-tmiem biex qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Clovis Montaval (Marvic Bugeja) u Rally Hans. Dragon Rouge (Cliferty Calleja) temm warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.7” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Eole De Mahey (M. Fenech) Ħin –  3.25” (1.17.6”) 2. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 3. Fast Bonnevent (N. Barbara) 4. Aubrac Du Rib (J. Cassar) 

Gipsy De Granou bl-ewwel rebħa f’Malta

II Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Gipsy De Granou (S. Vella) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Facteur Chance (D. Farrugia) 4. Fakir Piya (R. Gatt) 

III Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Mareenasin (R. Gatt) 3. Espion De Braye (R. Schembri) 4. Fox Trot Maybe (M. Debono)

IV Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Etel Du Pilet (P. Galea) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. True Wise As (J. Briffa) 3. Denver Haufor (N. Baldacchino) 4. Falcon Du Hamel (M. Attard) 

V Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Duck De L’Isop (C. Refalo) Ħin – 3.27” (1.18.4”) 2. Giotta Buissonay (R. Gatt) 3. Gosse Fredano (N. Barbara) 4. Oro Doc (M. Ellul) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.20.8” (1.16”) 2. Udjayin (C. Caruana) 3. Galaxie d’Azur (P. Galea) 4. Jadore Sugar (C. Vassallo) 

VII Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Flash Du Rabutin (P. Galea) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Fiston d’Haufor (C. Vassallo) 3. Fils Du Soir (J. C. Pace) 4. Doc De L’Ormerie (B. Hili) 

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vencedor (P. Galea) Ħin – 3.17.2” (1.14.7”) 2. Clovis Montaval (M. Bugeja) 3. Rally Hans (M. Refalo) 4. Dragon Rouge (C. Calleja) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Livi Majesty (R. Gatt) Ħin – 3.18.8” (1.15.3”)  2. Dingue De Toi (P. Galea) 3. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) 4. Business Du Bourg (Cherise Farrugia) 

X Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Diamant Nonantais (D. Casha) – Ego De Vandel (C. Vassallo) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”)  3. Ezior (Ch. Muscat) 4. Enrico Boy (N. Azzopardi) 

Ekonomija

Sport