Ħal Qormi ser jilqa’ wieħed mill-akbar avvenimenti mużikali tas-sena meta s-Sibt, 20 ta’ Settembru 2025, ser isir il-Venti Music Fest fil-qalba tal-lokalità. Il-festival jibda fit-8.30pm fil-Misraħ Kortil tal-Granmastru u hu mistenni jiġbor folla numeruża minn madwar Malta kollha.
Għal din l-edizzjoni, il-pubbliku se jkollu ċ-ċans jara l-grupp Malti famuż Tribali live għall-ewwel darba f’Ħal Qormi. Grupp rinomat għall-enerġija mużikali tiegħu li dejjem jiġbed udjenzi kbar kull fejn jidher. Qabilhom, ser ikun hemm ukoll l-artista popolari Maltija Mikaela u l-għeluq tal-Kunċert ma’ DeezTwo.Il-preżentazzjoni tal-Kunċert tkun f’idejn Ron Briffa.
Minbarra l-mużika, il-festival ser joffri esperjenza sħiħa għall-familja kollha. Se jkun hemm stands ta’ ikel, ħelu u xorb, kif ukoll żona dedikata għat-tfal.
L-aqwa parti? Id-dħul huwa b’xejn!
Il-Venti Music Fest hu organizzat bl-appoġġ sħiħ ta’ Festivals Malta taħt l-iskema Rock N Malta u ta’ diversi entitajiet lokali oħra