Wednesday, December 25, 2024

Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP ta’ Imola

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull laħaq u qabeż lil Charles Leclerc tal-Ferrari meta kien fadal żewġ dawriet biex jirbaħ it-tiġrija tal-isprint fil-Grand Prix ta’ Emilia Romagna.

Ir-riżultat jagħti liċ-champion tad-dinja l-pole position għall-bidu tat-tiġrija ewlenija tal-lum, u jnaqqas id-defiċit tiegħu fil-kampjonat għal 45 punt. Huwa beda l-isprint mill-pole, iżda tilef il-vantaġġ fil-bidu. Madankollu huwa ħa l-ħin tiegħu qabel ma ġie lura għal Leclerc u għaddih minn barra fl-aħħar dawra.

Sergio Perez tar-Red Bull se jibda mit-tielet post segwit minn Carlos Sainz tal-Ferrari u l-koppja tal-Mercedes, Lando Norris u Daniel Ricciardo.

Perez għalaq malajr fuq Leclerc fl-aħħar dawriet biex spiċċa 1.7 sekondi biss wara l-leader tal-kampjonat.

Din l-isprint race hija twila 100 kilometru, fejn ir-rebbieħ jingħata tmien punti kif ukoll id-dritt li jibda mill-ewwel pożiz­zjoni fil-Grand Prix tal-lum. 

L-ewwel tmien sewwieqa jingħataw il-punti. Din is-sistema ġiet introdotta għall-ewwel darba wara li fis-sena li għaddiet, din l-isprint race saret għall-ewwel darba, kienu jingħataw il-punti lill-ewwel tliet sewwieqa. 

Il-punti li jingħataw għall-ewwel tmien sewwieqa huma skond il-klassifikazzjoni rispettiva: 8-7-6-5-4-3-2-1.

Ekonomija

Sport