Birkirkara St Helen’s kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fid-David Cluett Memorial Cup meta għelbu lil Gżira United Veterans 7-0.
Il-Karkariżi kienu f’vena formidabbli speċjalment il-plejer Sudamerikan Federico Tejada Marine li skorja erba’ gowls. Jean Pierre Mifsud Triganza u Gilbert Camilleri għaqqdu l-iskor għall-Istripes.
Referee kien Jonathan Balzan.
Logħba iktar bilanċjata kienet dik bejn MFPA u Żurrieq Wolves b’tal-ewwel jirbħu 7-5.
Mark Barbara u Stephen Wellman kienu awturi ta’ tripletta kull wieħed b’Julian Galea li żied ieħor għal Malta Football Players Association.
Iż-Żrieraq irrispondew wara doppjetti ta’ Giuseppe Muscat u Alexander Muscat u gowl ieħor ta’ Kevin Vella.
Referee kien Jonathan Balzan.
F’logħba oħra viċin xulxin, Luxol St Andrew’s għelbu lil Hibernians 2-1.
L-ewwel taqsima kienet kważi kollha ta’ Hibernians li kellhom diversi ċansijiet li minkejja kollox ma waslux għall-gowls. Luxol tellgħu kontrattakki perikolużi li f’żewġ okkażjonijiet sabu x-xibka.
Tyron Borg u awtogowl ta’ Clayton Micallef skorjaw għal Luxol b’Jason Gauci jikkommetti t-tieni awtogowl tal-ġurnata din id-darba għal Hibernians.
Referee kien Ray Tabone.
Floriana Veterans xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Rabat Ajax 3-1. Fil-fatt kien biss lejn l-aħħar li l-Greens aċċertaw ruħhom mit-tliet punti finali.
Ryan Darmanin poġġa lil Floriana minn fuq sabiex Adam Smeir ġab l-iskor indaqs għar-Rabtin. Lejn l-aħħar Sunday Eboh u Manolito Micallef taw ir-rebħa finali lill-Greens.
Referee kien Ray Tabone.
KLASSIFIKA – DAVID CLUETT MEMORIAL CUP
Luxol, Floriana, Birkirkara 6, MFPA 4, Gżira United 1, Rabat, Żurrieq, Hibernians 0