Friday, December 12, 2025

Veterani: Gżira United jirbħu l-konfront dirett kontra Floriana

Aqra wkoll

Fl-iktar logħba mistennija mir-raba’ ġurnata tal-Malta Veterans Premier League, iċ-champions Gżira United għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 4-2 sabiex telgħu għal disa’ punti fil-klassifika.

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata għalkemm fit-tieni nofs siegħa logħob, il-Maroons ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom u kien hawn li ħadu t-tliet punti finali.

Kurt Magro skorja doppjetta personali sabiex Kevin Sammut u Jonathan Pearson żiedu aktar gowls għall-Maroons.

Gilbert Scerri u William Camenzuli skorjaw għal Floriana.

Referee kien Gordon Barbara.

Sadanittant, MFPA baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara rebħa ta’ 10-4 kontra Hibernians.

George Frendo kien l-istilla tas-serata hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Mark Zammit, Jonathan Bondin u Stanimir Miloskovic wettqu doppjetta personali.

Luke Satariano, Glanville Goodlip, Beppe Antignolo u Ilia Nazarov skorjaw il-gowls għall-Pawlisti.

Referee kien Alper Can.

Luxol St Andrew’s baqgħu għaddejjin bil-konsistenza tagħhom wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2.

Karl Sacco kien l-istilla għat-tim minn St Andrew’s meta skorja tliet gowls filwaqt li Gary Inguanez sab ukoll ix-xibka.

Giuseppe Muscat u Bjorn Bondin naqqsu l-marġni tal-iskor għal Żurrieq Wolves.

Referee kien Gordon Barbara.

Birkirkara St Helen’s kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun hekk kif għelbu lil Rabat Veterans 5-3.

Christian Caruana kien awtur ta’ hat-trick għal Birkirkara filwaqt li Jean Pierre Mifsud Triganza u Gilbert Camilleri wkoll niżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers.

Rabat Ajax kellhom lil Byron Fenech awtur ta’ hat-trick.

Referee kien Alper Can.

KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE

MFPA 10, Luxol St Andrew’s, Gżira United 9, Floriana, Hibernians 6, Żurrieq Wolves 3, Birkirkara St Helen’s 4, Rabat Veterans 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport