It-tim nazzjonali tal-veterani mmexxi minn Joe Micallef kiseb rebħa ta’ 1-0 kontra Wales Veterans fil-Jenner Park Stadium f’Barry sabiex rebaħ il-Gary Speed Memorial Cup.
Kienet logħba ferm tattika, speċjalment fl-ewwel taqsima fejn id-difiżi kienu prominenti fuq l-attakkanti avversarji.
Din il-logħba onorat il-memorja tal-eks captain ta’ Wales Gary Speed, li ħalla din id-dinja lura għas-sena 2011 fl-eta’ ta’ 42 sena.
Fl-iskwadra ta’ Wales kien hemm l-attakkant Lee Trundle li kellu wkoll esperjenza fil-futbol Ingliż fil-passat fosthom Preston North End, Leeds United, Wrexham u Swansea City.
Minkejja kollox, kienu l-Maltin li skorjaw il-gowl tar-rebħa f’nofs l-ewwel taqsima permezz ta’ penalty ta’ Ian Zammit li għeleb lill-goalkeeper avversarju.
Minkejja l-attakki ta’ Wales biex iġibu l-iskor indaqs, id-difiża Maltija żammet sod sabiex ħarġu bir-rebħa finali u eventwalment rebħu l-Gary Speed Memorial Cup.
Malta lagħbet f’din il-formazzjoni:
Justin Spiteri, Jeffrey Chetcuti, Jonathan Pearson, Brian Said, Steven Bonnici, Charlo Magro, Mano Micallef, Adam Smeir, Kevin Sammut, Ian Zammit, Jean Pierre Mifsud Triganza.
F’xi ħin fil-partita daħlu jilagħbu Matthew Camilleri, Andre Scicluna, Gareth Magri, George Frendo, Daniel Cremona u Beppe Muscat.