Wednesday, March 18, 2026

Veterani: Jissokta d-dwell bejn MFPA u Floriana

Aqra wkoll

Issokta d-dwell bejn MFPA u Floriana għar-rebħ tal-Veterans Malta Premier League. Dawn iż-żewġ timijiet jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika b’punt biss li qed jifridhom.

MFPA kisbu rebħa ta’ 10-2 kontra Hibernians f’logħba li huma ddominaw. L-aqwa skorer tal-kampjonat Stanimir Miloskovic skorja ħames gowls filwaqt li Mauro Bonnici u George Frendo skorjaw doppjetta. Alexander Ribic żied ieħor għal Malta Football Players Association.

Mark Abbosh u Beppe Antignolo irrispondew għal Hibernians.

Referee kien Thomas Debono.

Floriana xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu liċ-champions Gżira United 6-5.

Diego Fernando Pereira u Manolito Micallef skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li William Camenzuli u Ryan Darmanin żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Gżira baqgħu fil-logħba b’Sebastian Nayar jiskorja doppjetta u Ian Zammit, Kevin Sammut u Justin Grioli jżidu aktar gowls.

Referee kien Thomas Debono.

F’logħba bilanċjata, Birkirkara St Helen’s u Rabat Veterans spiċċaw fi draw ta’ 4-4. Adam Smeir kompla bil-vena pożittiva tiegħu meta skorja doppjetta b’Andy Mangion u Daniel Cremona li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Birkirkara St Helen’s skorjaw permezz ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza, Federico Marine Tejada, Gilbert Camilleri u Mario Caruana.

Referee kien Jonathan Balzan.

Żurrieq Wolves kisbu rebħa prezzjuża ta’ 5-2 kontra Luxol. Kienet rebħa li biha ż-Żrieraq telgħu post ieħor fil-klassifika u ħallew l-aħħar post li kienu fih aktar qabel.

Giuseppe Muscat skorja doppjetta filwaqt li Alexander Muscat, Robert Zammit u Christian Bezzina taw is-sodisfazzjon tat-tielet rebħa staġjonali għat-tim tagħhom.

Luxol kellhom lil Dylan Musu u Glenn Bonello li sabu x-xibka.

Referee kien Jonathan Balzan.

KLASSIFIKA – VETERANS MALTA PREMIER LEAGUE

MFPA 28, Floriana 27, Gżira United 17, Luxol 15, Rabat 13, Hibernians 10, Żurrieq Wolves 9, Birkirkara St Helen’s 8.

KLASSIFIKA TAL-AQWA SKORERS

Stanimir Miloskovic (MFPA) 20 gowl, Adam Smeir (Rabat) 19-il gowl, Mano Micallef (Floriana) 17-il gowl, Bojan Kaljevic (Floriana) 16-il gowl, Glenn Bonello (Luxol) 15-il gowl

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport