MFPA rebħu d-David Cluett Memorial Cup wara li għelbu 16-15 lil Floriana wara l-għoti tal-penalties.
Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat jalternaw il-vantaġġ tagħhom għalkemm sa tmiem is-60 minuta logħob l-iskor kien 3-3.
Stanimir Miloskovic skorja doppjetta għal Malta Football Players Association filwaqt li Jonathan Bondin żied ieħor għat-tim tiegħu.
Floriana kellhom lil Manolito Micallef awtur ta’ doppjetta b’Bojan Kaljevic li wkoll kien fost l-iskorers.
Wara li ngħataw xejn inqas minn 32 penalty, kienu l-MFPA li ħarġu rebbieħa bl-iskor kumplessiv ta’ 16-15.
Fi tmiem il-konfront, Carlos Cluett, li jiġi ħu l-mibki iżda qatt minsi David Cluett, ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ MFPA Carlo Mamo.
Referee kien Lorry Sammut.

