Friday, February 27, 2026

Veterani: MFPA jibqgħu l-ewwel wara rebħa kbira

Aqra wkoll

MFPA baqgħu f’ras il-klassifika tal-Veterans Malta Premier League meta kisbu rebħa dominanti ta’ 7-0 kontra Żurrieq Wolves.

It-tim tal-Malta Football Players Association kellhom lil Stanimir Miloskovic li kien awtur ta’ tliet gowls filwaqt li Jonathan Bondin skorja doppjetta. Aleksandar Ribic u Mark Zammit għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom li issa tella’ t-total ta’ 22 punt fil-klassifika.

Floriana Veterans baqgħu jiġru wara l-istess MFPA fejn jinsabu punt biss taħthom. Il-Greens rebħu 7-4 kontra Rabat Veterans b’Ryan Darmanin li skorja tliet gowls u b’Manolito Micallef li żied tnejn oħra. Bojan Kaljevic u Firas Aboulezz wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Rabat skorjaw b’awtogowl ta’ Dylan Grima u b’doppjetta ta’ Timothy Zammit u gowl ieħor ta’ Leandros Calleja.

Luxol St Andrew’s irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Hibernians 5-2.

Glenn Bonello skorja doppjetta għal Luxol filwaqt li Emerson Amaira, Alan Tabone u awtogowl ta’ Dylan Mercieca komplew iżidu l-iskor għat-tim minn St Andrew’s.

Ilia Nazarov skorja ż-żewġ gowls tal-Pawlisti.

Finalment Gżira United għelbu lil Birkirkara St Helen’s 8-4.

Romeu Romao, Alan Spiteri u Ian Zammit skorja doppjetta kull wieħed filwaqt li Sebastian Nayar u Kurt Magro issiġġillaw ir-rebħa tal-Maroons.

Għal Birkirkara Gilbert Camilleri Lowell skorja żewġ gowls filwaqt li Mark Gauci u Ayrton Duncan skorjaw aktar gowls ta’ konsolazzjoni.

KLASSIFIKA – VETERANS MALTA PREMIER LEAGUE

MPFA 22, Floriana 21, Gżira United 16, Luxol 15, Hibernians 10, Rabat 9, Birkirkara St Helen’s 7, Żurrieq Wolves 6.

KLASSIFIKA TAL-AQWA SKORERS

Bojan Kaljevic, Mano Micallef, Stanimir Miloskovic 13, Adam Smeir, Glenn Bonello 12.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport