Thursday, November 21, 2024

Veterani: MFPA u Floriana fl-ewwel post

Aqra wkoll

Floriana u MFPA jinsabu fl-ewwel post tal-VMFA Cisk Premier League wara li kisbu rebħiet importanti fir-raba’ ġurnata.

MFPA kisbu rebħa ta’ 6-1 kontra Żurrieq Wolves. Il-Malta Football Players Association iddominaw din il-partita biż-Żrieraq li ppruvaw jiddefendu kif setgħu.

Michael Galea kompla saħħaħ postu fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers meta kien awtur ta’ doppjetta b’Mark Barbara, Stephen Wellman, Carlo Mamo u Roderick Bajada jissiġġillaw ir-rebħa finali għat-tim tagħhom.

Żurrieq Wolves naqqsu l-marġni tal-iskor minn Beppe Muscat.

Glenn Bonello kien il-protagonista għal Floriana li kisbu rebħa komda ta’ 7-2 fuq Hibernians. Bonello skorja tripletta personali, bi Christian Cassar, Brian Said, Mark Gauci u Andy Portelli li żiedu aktar l-iskor għat-tim tagħhom.

Mark Crupi u Carl Sacco skorjaw għall-Pawlisti.

F’logħba ferm emozzjonanti, Birkirkara St Helen’s u Rabat Veterans temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 3-3.

Andre Scicluna skorja doppjetta għal Rabat b’Melvin Borg li żied ieħor.

Birkirkara kellhom lil Firas Aboulezz jiskorja żewġ gowls filwaqt li Ayrton Buhagiar għaqqad it-tliet gowls għat-tim tiegħu.

Gżira United ħadu walk-over fuq Żejtun Red Stars.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Premier League

MFPA, Floriana 12, Gżira United 9, Birkirkara St Helen’s 7, Rabat 4, Żurrieq Wolves 3, Hibernians, Żejtun Red Stars 0

KLASSIFIKA L-AQWA SKORERS

Michael Galea (MFPA) 11 gowls. Ayrton Buhagiar (Birkirkara St Helen’s) 7 gowls, Glenn Bonello (Floriana), Adam Smeir (Rabat) 6 gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport